Arrestat wara li ppjana li joqtol lill-President Franċiż

Suspettat tal-lemin estrem qed ikun akkużat li kien qed jippjana li joqtol lill-President ġdid Franċiż Emmanuel Macron.
Ir-raġel qed ikun suspettat li kien qed jippjana l-attakk għall-parata ta’ Jum Bastille aktar tard dan ix-xahar.
Ir-raġel, li għandu 23 sena, ġie arrestat f’Pariġi nhar l-Erbgħa li għadda wara li l-Pulizija rċevew informazzjoni minn persuni li jużaw videogame chat room.
Jidher li r-raġel qal li ried jixtri pistola u li ried jattakka wkoll gruppi ta’ minoranza li jkunu ppreżenti għall-parata.
Investigaturi sabu tliet skieken tal-kċina fil-karozza tas-suspettat u li fuq il-kompjuter tiegħu nstab li wettaq riċerka fuq persuni li x’aktarx kienu se jkunu fil-mira tiegħu.
Skont l-AFP, wara li ġie arrestat, ir-raġel qal lill-Pulizija li ried jattakka lill-Musulmani, il-Lhud, is-suwed u l-omosessali.
Is-sena li għaddiet kien diġà nstab ħati li approva u faħħar l-attakk terroristiku li kien seħħ f’Jum Bastille tas-sena li għaddiet, meta Anders Breivek kien saqq trakk għal fuq in-nies u qatel 77 persuna.