Arrestat wara li nqabad bil-kokaina

Taqsima Relazzjonijiet mal-Kominità u l-Istampa, Korp tal-Pulizija (CMRU)

Read in English.

Raġel ta’ 30 sena ġie arrestat matul il-lejl li għadda wara li nqabad bil-kokaina.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-arrest tar-raġel ta’ 30 sena residenti l-Gżira seħħ matul il-lejl li għadda f’ħidma tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Il-Pulizija tal-iskwadra flimkien ma’ dawk tal-RIU għamlu xi ħin isegwu l-karozza. Il-karozza twaqqfet fix-Xatt ta’ Pinto fil-Furjana. Meta kien arrestat ir-raġel, saritlu tfittxija fil-karozza fejn il-pulizija sabu ammont konsiderevoli ta’ sustanza, allegatament kokaina.

Ir-raġel ittieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ. Bis-sejba kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.