Arrestat wara li allega li nħataf l-ajruplan

Fl-ajruport ta’ Bali ġie arrestat il-passiġġier li ħoloq allarm meta allega li kien inħataf l-ajruplan li kien fuqu.
L-ajruplan tal-linja Virgin Australia kien fuq titjira mill-Awstralja għall-Indoneżja. Ir-raġel ġie arrestat mill-membri tal-ekwipaġġ wara li kien aggressiv.  
Il-linja tal-ajru qalet li kien hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni dwar l-inċident, għax il-passiġġier kien xurban. Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li l-biża’ ta’ ħtif tal-ajruplan kienu kkawżati mill-bdot wara li bagħat sinjal għall-għajnuna lill-awtoritajiet fl-ajruport.