Arrestat wara attentat ta’ ħruq ta’ residenza f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 44 sena residenti l-Gżira kien arrestat wara investigazzjoni mill-Pulizija b’rabta ma’ attentat ta’ ħruq ta’ bieb ta’ residenza f’Ħal Luqa.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin. Hu ġie arrestat wara investigazzjonijiet intensive mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u dawk tad-distrett ta’ Ħal Luqa. Huma identifikaw lir-raġel bħala dak li allegatament wettaq ir-reat.

Il-każ imur lura għad-19 ta’ Diċembru tal-2019. L-attentat ta’ ħruq fuq bieb ta’ residenza fi Triq il-Wilġa seħħ għall-ħabta tat-3.30am. Dak il-ħin, fir-residenza kien hemm xi persuni. Ħadd ma kien indarab b’rabta ma’ dan il-każ.