Arrestat traffikant tad-droga f’San Ġiljan

CMRU

Read in English.

Raġel li allegatament jitraffika d-droga ġie arrestat f’San Ġiljan.

Il-ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet għall-arrest tar-raġel ilbieraħ filgħaxija. L-arrest seħħ waqt ronda f’żona ta’ divertiment f’San Ġiljan.

Ir-raġel li għandu 29 sena huwa oriġinarjament mill-Eritrea. Hu nstab fil-pussess ta’ sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis u droga kokaina f’ammonti li jindikaw li ma kinux għall-użu esklussiv tiegħu.

Ir-raġel ittieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ u mistenni jitressaq il-Qorti b’arrest għada. Dwar il-każ infetħet ukoll inkjesta.