Arrestat raġel akkużat li qed jgħin organizzazzjoni mafjuża

CMRU

Raġel Taljan ta’ 42 sena mis-Swieqi ġie arrestat fuq bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew. Hu qed jiġi akkużat li kien qed jgħin organizzazzjoni mafjuża.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li wara jiem ta’ sorvelljanza, illum saret il-ħidma mlaqqma “OP RICH” bejn membri tal-Intelligence u l-Counter Terrorism Unit. Skont il-Pulizija, it-Taljan huwa magħruf sew fiċ-ċrieki tal-igaming f’Malta. Se jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin biex jibda l-proċess ta’ estradizzjoni.

L-istess raġel ġie rikjest mill-Awtoritajiet Taljani fuq bażi ta’ assoċjazzjoni f’organizzazzjoni, immaniġjar u kollezzjoni ta’ mħatri u flejjes illegali sabiex jiffaċilitaw organizzazzjoni mafjuża.