Arrestat suspettat Foreign Fighter fl-Italja

Fin-naħa t’isfel tal-Italja, qrib Reggio Calabria, il-Pulizija arrestat ċittadin Marokkin fuq suspett li hu Foreign Fighter.
Ir-raġel, ta’ 25 sena, kien ilu jiġi segwit mill-Pulizija minn Lulju, minn meta pprova jidħol fit-Turkija imma l-awtoritajiet hemm bagħtuh lura l-Italja u twaqqaf fl-ajruport ta’ Fiumicino.
Issa reġa’ ġie arrestat wara li nstab b’materjal marbut ma’ organizzazzjonijiet terroristiċi.
Ir-raġel ċaħad li hu involut ma’ għaqdiet terroristiċi u saħaq li pprova jmur it-Turkija biex jitlob.