Arrestat raġel talli spara lil qassis Ortodoss

Read in English.

Il-Pulizija Franċiża kkonfermat li arrestat lir-raġel wara l-attakk li seħħ ilbieraħ fuq qassis Ortodoss.

Kien għall-ħabta tal-4pm ilbieraħ meta l-qassis ta’ 45 sena safa vittma ta’ tiri ta’ arma tan-nar, hu u jagħlaq il-knisja fil-belt ta’ Lyon.

Il-Pulizija spjegat li l-qassis qala’ żewġ tiri ġo żaqqu. Il-kundizzjoni tiegħu hija waħda serja u potenzjalment jista’ jitlef ħajtu.

L-aggressur ħarab minn fuq il-post.

Għadu mhux magħruf jekk dan l-attakk huwiex marbut mat-terroriżmu, imma ġara tlett ijiem biss wara li seħħ attakk ieħor fi knisja Franċiża f’Nice. Għalissa, il-każ mhuwiex jiġi investigat mill-awtoritajiet ta’ kontra t-terroriżmu.