Arrestat raġel suspettat li qatel lill-influencer Russa li nstabet mejta f’bagalja

Il-Pulizija Russa arrestat raġel li hu suspettat fil-każ tal-qtil tal-influencer ta’ 24 sena li nstabet mejta ġo bagalja fil-flett tagħha f’Moska.

Ekaterina Karaglanova, li riċentament iggradwat bħala tabiba, kienet magħrufa bħala @Katti_loves_life mas-86,000 segwaċi tagħha fuq Instagram.

Aqra: Influencer Russa tinstab mejta f’bagalja

Il-katavru tagħha nstab minn sid il-flett li kienet tikri l-ġimgħa l-oħra wara li kkuntattjawh il-ġenituri tagħha biex jistaqsuh dwarha, għax kienet ilha ma tkellimhom għal diversi ġranet. Ġisimha kellu ġrieħi ta’ daqqiet ta’ sikkina.

Il-Pulizija qalet li fl-investigazzjonijiet tagħha, qiegħda tqis l-għira bħala motiv għall-qtil, peress li t-tfajla kienet għadha kemm bdiet relazzjoni ġdida. Hija kienet qed tippjana li tqatta’ għeluq l-25 sena tagħha mal-għarus tagħha fin-Netherlands.

View this post on Instagram

Привет, Москва! 👋🏾 Вот и подошла к концу наша короткая, но очень весёлая поездка на Корфу. Было очень кстати на несколько деньков сбежать от проливных дождей и холода к Ионическому морю. Вообще, если честно, не люблю долгий отдых. Путешествую часто, но в каждой стране провожу не более чем 3-5 дней. Самое длительное путешествие за всю жизнь было в Израиль с семьей , когда мне было лет 14. Мы тогда ездили в гости на целый месяц, объехали всю страну. Сейчас же предпочитаю путешествовать очень часто, но коротко, учеба и работа не отпускают. Зато впечатления от таких коротких поездок остаются самые яркие 💥 Детально помню каждый свой трип, все красивые места, смешные истории. В голове ничего не смешалось, как думают многие .😅 С каждой страной связано что-то своё 🌎 Расскажите про свои самые яркие путешествия, как вы обычно любите отдыхать? #traveler#travelife#travelove#luxurytravel#travelgirl#traveltheworld#traveladdicted#traveladdict#travelblog#travelgoals#agentprovocatuer#travelpost#travelgrams#styleblogger#travelwithme#style#styles#outfit#Kati_travels#korfu#korfuisland#travelgirl#teavelgirlsgo

A post shared by Kati K. 💁🏻‍♀️ (@katti_loves_life) on

Filmati mill-kameras tas-sigurtà juru lill-allegat eks għarus tagħha dieħel fil-blokka ta’ appartamenti fejn kienet toqgħod fil-ġranet meta sparixxiet, u jidher imbagħad ħiereġ b’bagalja f’idejh u liebes ingwanti skuri. Ma nstabet l-ebda arma fuq il-post u l-Pulizija qalet li ma kien hemm l-ebda sinjali ta’ xi ġlieda fl-appartament.