Arrestat raġel marbut mas-serqa ta’ €13-il miljun mill-BOV

Instagram - hushpuppi

Read in English.

Raġel allegatament marbut mas-serqa ta’ €13-il miljun mill-Bank of Valletta (BOV) ġie arrestat fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE) f’Ġunju u tressaq il-Qorti fl-Istati Uniti fil-bidu ta’ Lulju.

 Fuq Facebook il-Pulizija tad-Dubaj ħabbret li arrestat lil Raymond Igbalode Abbas li huwa magħruf ukoll bħala “Hushpuppi”. Ir-raġel ta’ sikwit kien juri l-arloġġi, karozzi lussużi, u oġġetti oħra tiegħu fuq is-sit soċjali Instagram.

Hu tressaq quddiem il-Qorti ta’ Chicago fejn ġie akkużat li kkonffoffa biex jaħsel mijiet ta’ miljuni ta’ dollari permezz ta’ skemi ta’ cybercrime.

Il-prosekuzzjoni qed tallega li kkonfoffa biex jinsterqu “$14.7 miljun minn istituzzjoni finanzjarja barranija fl-2019.” Dan huwa l-istess ammont ta’ flus li nsterqu mill-BOV fl-istess sena.

It-Times of Malta qalet li l-bank ma riedx jikkonferma jew jiċħad li dan huwa l-istess każ.

Min hu “Hushpuppi”?

Fuq Instagram Raymond Igbalode Abbas juża’ l-isem ta’ “hushpuppi”.

Għandu 2.5 miljun persuna ssegwih.