Arrestat raġel li qabad lil Surġent minn għonqu; tinstablu d-droga

CMRU

Read in English.

Il-Pulizija rċeviet rapporti li kien hemm raġel li kien qed jaġixxi b’mod vjolenti tul il-lejl. Meta qabditu, huwa ħarab, iżda reġa’ nqabad, u waqt li kien qed jiġi arrestat, qabad lis-Surġent minn għonqu. Fuqu nstabet ukoll xi sustanza mifhuma li hija droga.

Dan ġara tul il-lejl li għadda, għall-ħabta tat-3.30am f’San Ġiljan. Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm raġel qed ikun vjolenti barra stabbiliment viċin il-Bajja ta’ Spinola.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li ppruvat tikkalma lir-raġel ta’ 32 sena mis-Sudan, iżda kien kollu ta’ xejn. Huwa beda jhedded lill-pulizija, u ħarab minn fuq il-post. Eventwalment laħquh u arrestawh, bl-għajnuna tal-uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit.

Waqt l-arrest, ir-raġel qabad lis-Surġent minn għonqu u kkawżalu xi ġrieħi. Minn tfittxija li saret, il-pulizija sabu erba’ pakketti b’sustanza ħadra u pinnola fuq ir-raġel, li allegatament huma droga.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.