Arrestat raġel li nqabad bil-kannabis u l-kokaina f’Marsalforn

Read in English.

Raġel ġie arrestat għax inqabad bid-droga waqt rejd ilbieraħ, u qed jinżamm arrestat.

Il-Pulizija qalet li Libjan ta’ 33 sena ġie arrestat ilbieraħ f’appartament f’Marsalforn.

Waqt tfittxija li saret fl-appartament, instab ammont ta’ droga suspettata ħaxixa tal-kannabis u kokaina.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana LL.D qed tmexxi inkjesta maġisterjali dwar dan il-każ. L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti t’Għawdex għada akkużat bil-pussess mhux għall-użu esklussiv tad-droga kannabis u kokaina.