Arrestat raġel li nqabad bi 3 kilos ħaxixa tal-kannabis

kannabis droga
CMRU

Raġel ġie arrestat għax inqabad bi tliet kilos ħaxixa tal-kannabis.

Wara diversi jiem josservawh, uffiċjali tal-pulizija lbieraħ segwew lir-raġel ta’ 46 sena malli wasal bil-karozza fiċ-Ċirkewwa fil-11am. Waqqfuh hemmhekk u wettqu tfittxija.

Fi xkora li kienet fuq wara tal-karozza, il-pulizija sabu 12-il pakkett bil-kannabis, li l-valur li kieku din id-droga nbiegħet, kien ilaħħaq €55,000.

Ir-raġel, residenti l-Marsa, qed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.