Arrestat raġel fil-Ġermanja li kien se jwettaq attakk Iżlamiku

Police officers are seen outside the house of a Syrian man suspected of exchanging bomb building material that was arrested earlier today in Berlin, Germany, November 19, 2019. REUTERS/Hannibal Hanschke

Il-Pulizija fil-Ġermanja llum arrestat Sirjan li kien qed jiġi suspettat li se jippjana attakk Iżlamiku. Dan qalu uffiċċjali mal-media tal-pajjiż. Skont rapport jidher li r-raġel kien wieħed mill-persuni ewenin fil-lista ta’ estrimisti tal-Iżlam perikolużi.

Il-forzi speċjali ta-pulizija fittxew fl-appartament tas-suspettat ta’ 26 sena f’Berlin wara li dan xtara kimiċi u materjali oħrajn li bihom wieħed jista’ jibni splussivi. Is-suspettat kien ukoll tkellem dwar kif wieħed jibni bomba permezz ta’ grupp fuq messenger b’konnessjonijiet mal-grupp tal-Istat Iżlamiku. Apparentament hu kien qed jippjana li jibni bomba.

Il-prosekuturi qalu li l-apparat li kien qed jibni kien se jintuża f’post mhux identifikat fil-Ġermanja sabiex joqtol kemm jista’ jkun persuni.

Intant, il-ġimgħa li għaddiet, il-Pulizija Ġermaniża arrestat tliet persuni f’Offenbach minħabba suspetti li wkoll kienu qed jippjanaw attakk simili.