Arrestat raġel b’iktar minn kilo u nofs kannabis

Raġel li nstab fil-pussess ta’ iktar minn kilo u nofs sustanza kannella allegatament raża tal-kannabis spiċċa arrestat.

Ir-raġel li għandu 28 sena u residenti l-Mosta, spiċċa arrestat wara ħidma li saret mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Il-Pulizija qalet li nstabu wkoll xi armi u munizzjon li mhumiex skont il-liġi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja ħatar diersi esperti biex jassistuh fl-inkjestà. Ir-raġel inżamm taħt arrest. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti għada.