Arrestat raġel li nqabad bid-droga fil-Fgura

Read in English.

Raġel ġie arrestat fil-Fgura lbieraħ għax instab fil-pussess tad-droga.

Waqt li l-pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienu qegħdin fil-Fgura, innutaw lil raġel jaġixxi b’mod suspettuż waqt li kien f’vettura. Il-pulizija avviċinaw lir-raġel u wara tfittxija fuqu
u fil-vettura, instabet sustanza suspettata li hi droga sintetika.

Ir-raġel ta’ 29 sena, li huwa residenti Birżebbuġa, ġie arrestat fuq il-post u ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.

Huwa mistenni jitressaq b’arrest il-qorti fil-ġranet li ġejjin.