Arrestat raġel akkużat b’żewġ serqiet

CMRU

Il-Pulizija ħabbret li arrestat raġel b’rabta ma’ żewġ serqiet li seħħew fil-jiem li għaddew.

Ir-raġel ta’ 31 sena, residenti Ħal Qormi, ġie arrestat fl-aħħar sigħat. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti matul il-ġurnata ta’ għada.

L-ewwel serqa seħħet fid-19 ta’ Jannar f’ħanut fi Triq Nazju Ellul fil-Gżira. Ir-raġel kien mgħammad u armat b’arma taqta’ u bil-ponta. Is-serqa seħħet għall-ħabta tad-9:30pm.

It-tieni serqa seħħet fl-20 ta’ Jannar, għall-ħabta tad-9pm. Raġel daħal jisraq ħanut fi Triq Imrabat, f’Tas-Sliema.

Fiż-żewġ każijiet insterqu ammont ta’ flus kontanti. Ħadd ma’ weġġa’ fihom.