Arrestat pulizija li tkeċċa wara l-mewt ta’ George Floyd fl-Istati Uniti

REUTERS/Eric Miller

Raġel li tkeċċa mill-korp tal-pulizija wara l-mewt ta’ George Floyd, raġel iswed li ma kienx armat fil-belt ta’ Minneapolis, ġie arrestat.

Skont il-BBC, Derek Chauvin huwa wieħed minn erba’ uffiċjali li ġew arrestati wara l-mewt ta’ Floyd li kien fil-kustodja tal-pulizija t-Tnejn li għadda.

Kien hemm jiem ta’ protesti wara li uffiċjal tal-pulizija nġibed f’filmat b’irkopptu fuq għonq Floyd.

Dan il-każ kompla jżid ir-rabja fl-Amerka dwar il-qtil ta’ persuni suwed Amerikani mill-pulizija.