Arrestat minħabba tbagħbis fl-elezzjoni tal-Istati Uniti

Il-pulizija Spanjola arrestat programmatur Russu minħabba l-allegat involviment fit-tbagħbis tal-elezzjoni tal-Istati Uniti.
Pyotr Levashow, li kien arrestat fis-7 ta’ April f’Barċellona, għadu s’issa miżmum mill-pulizija.
Sors legali qal li l-Istati Uniti talbu l-estradizzjoni ta’ Levashov.
Madanakollu, din it-talba għadha trid tiġi mismugħa mill-Qorti Kriminali ta’ Spanja.
El Confidencial, sit tal-aħbarijiet Spanjol, qal li Levashov safa arrestat minħabba suspetti ta’ tbagħbis fil-kampanja ta’ Donald Trump.