Jeħel kważi 4 snin ħabs minħabba bejgħ ta’ dokumenti foloz

Aġġornat 03:07 PM
arrests

Il-pulizija arrestat raġel minħabba rabtiet ma’ bejgħ ta’ passaporti u permessi ta’ residenzi foloz. Aktar tard hu weħel 45 xahar ħabs.

Fi stqarrija kien spjegat li l-Palestinjan ta’ 39 sena residenti Tas-Sliema kien arrestat mit-taqsima tal-immigrazzjoni wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet. Kien spjegat li r-raġel kien arrestat f’Tas-Sliema. Minn tfittxija fuqu nstabu ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel mistenni tressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea. Hu wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata sentenza ta’ 45 xahar priġunerija.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Karl Roberts u Lara Butters.