Arrestat mill-ġdid l-akbar baruni tad-droga wara li ħarab mill-ħabs

Reġa’ ġie arrestat mill-ġdid l-akbar baruni tad-droga Messikan Joaquin "El Chapo" Guzman, wara li sitt xhur ilu kien ħarab mill-ħabs.
“El Chapo” kien ħarab mill-ħabs meta rnexxielu jħaffer mina mill-kmamar tad-doċċa tal-priġjunieri.
Ilbieraħ ġie arrestat mill-ġdid f’Los Mochis, fejn ukoll kien se jirnexxielu jaħrab mill-pulizija billi daħal f’katusa tad-drenaġġ, iżda wara nqabad fi sparatura.
Sitt persuni fosthom uffiċjal tal-marines inqatlu waqt li sar l-arrest tiegħu.
Il-Pulizija rnexxielhom jiskopru fejn kien jinsab wara li beda jagħmel kuntatt ma atturi u produtturi għax ried jagħmel film dwar ħajtu.
Il-President Messikan Enrique Pena Nieto iddeskriva dan l-arrest bħala rebħa għal-liġi.