Arrestat mexxej terrorista fin-Niġerja

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu fin-Niġerja kellha rebħa fl-aħħar sigħat bl-arrest tal-mexxej tal-grupp Iżlamista Ansaru, li hu marbut mal-al-Qaeda u hu parti mill-Boko Ħaram.
Khalid al-Barnawi ġie arrestat mis-suldati Niġerjani.
Lura fl-2012, l-Istati Uniti kienet offriet premju ta’ $5 miljun (€3.5 miljun) jekk al-Barnawi jiġi arrestat, wara li kienet qisitu fost tliet Niġerjani l-iktar prominenti għat-terroriżmu dinji.
Il-grupp Ansaru kien magħruf għall-qtil ta’ persuni mill-Punent, inkluż fil-Maghreb, u kien wara l-attakk fuq ħabs ta’ sigurtà massima fil-kapitali Niġerjani Abuja, fl-2012, fejn kien ukoll ħeles għadd ta’ priġunieri.
L-arrest ta’ al-Barnawi sar il-Ġimgħa imma sar magħruf biss dalgħodu.