Arrestat mexxej ta’ milizzja armata

Il-Pulizija tal-Istati Uniti qed issostni li arrestat il-mexxej ta’ milizzja armata li kienet tokkupa refuġju f’post nazzjonali fejn jgħixu l-annimali salvaġġi f’Oregon.
Ammon Bundy u erbgħa oħra kienu arrestati wara li twaqqfu mill-pulizija. Persuna sfat imweġġa’ filwaqt li persuna nqatlet wara għadd ta’ sparar.
Iktar tard, żewġ attivisti oħra li għandhom konnessjoni mal-grupp, ukoll kienu arrestati f’każijiet separati, f’Oregon ukoll.
Skont rapporti jidher li żewġ membri oħra tal-grupp għadhom fir-refuġju, u għaldaqstant membri tal-FBI qed jibnu parametru