Arrestat Liam Debono; jaqbduh isuq karozza

Il-Pulizija llum arrestaw żagħżugħ li kien qed isuq bla liċenzja f’Ħal Luqa. Skont rapporti fil-midja, dan iż-żagħżugħ huwa Liam Debono. Il-każ seħħ fi Triq Mikiel Ang Sapiano.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li ż-żagħżugħ intlemaħ minn pulizija pajżan, li baqa’ jsegwih filwaqt li sejjaħ għall-għajnuna tal-RIU. Skont ir-rapporti, Debono mistenni jitressaq il-qorti fil-ħin li ġej akkużat li saq bla liċenzja, bla polza ta’ assigurazzjoni u li kiser il-libertà proviżorja mogħtija lilu mill-Qorti.

Iż-żagħżugħ kellu diġà każ ieħor il-Qorti fuq sewqan bla liċenzja s-sena l-oħra hekk kif saq għal fuq Pulizija.