Arrestat l-allegat qattiel ta’ 2 ċikonji

Alice Tribe/BirdLife Malta

Il-persuna li allegatament sparat u qatlet żewġ ċikonji lbieraħ ġiet arrestata mill-Pulizija.

Dan ikkonfermah fi tweet is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri. Hu sostna li l-Gvern mhux se jittollera illegalitajiet fil-kaċċa u se jassigura li ssir ġustizzja.

Ilbieraħ l-għasafar ittieħdu għand il-veterinarju, iżda kien kollu ta’ xejn, għaliex it-tnejn tilfu ħajjithom.

Mit-18-il ċikonja li waslet f’Malta nhar il-Ġimgħa, issa fadal biss seba’, għax oħrajn x’aktarx sfaw vittmi tal-kaċċa illegali, qalu BirdLife Malta fi stqarrija.