Arrestat it-3 suspettat tal-attakki f’Pariġi

L-awtoritajiet Belġjani arrestaw it-tielet suspettat b’rabta mal-attakki terroristiċi li seħħew f’Pariġi f’Novembru li għadda.
Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li l-Belġjan ismu mxandar bħala Y.A. jingħaqad mat-tnejn l-oħra li ġew arrestati wara suspett li kkomplottaw l-attakki f’Pariġi.
L-aħħar żewġ arresti seħħew wara l-attakki fi Brussell iżda l-ewwel arrest, dak ta’ Salah Abdeslam seħħ erbat ijiem qabel l-attakki fl-ajruport u fl-istazzjon tal-metro fiċ-ċentru ta’ Brussell.
Il-prosekuturi Belġjani taw ftit dettalji dwar dan l-arrest u lanqas ma ppubblikaw l-isem sħiħ tas-suspettat.
Jidher li r-raġel għandu 33 sena u ġie arrestat il-Ħamis li għadda.