Arrestat ir-raġel li kien xurban u saq għal fuq xi karozzi qrib in-nies

Ir-raġel li lbieraħ kien qed isuq karozza u baqa’ dieħel f’xi karozzi u qsari qrib ħafna ta’ persuni li kienu qed jieklu f’ristorant l-Ibraġġ ġie arrestat minħabba li kien xurban.
Ir-raġel, li pprova jaħrab minn fuq il-post, inżamm minn xi persuni fuq il-post, u aktar tard ġew il-Pulizija.
L-inċident seħħ fi Triq l-Ibraġġ għall-ħabta tad-9.30pm, u ħadd ma ndarab.
Ritratt: Arkivji