Arrestat ir-raġel li kien qed jissellef il-flus fir-Rabat

Ġie arrestat ir-raġel li kien qed jitlob flus b’self lin-nies fit-toroq tar-Rabat.
Kollox beda minn rapport li sar f’Għassa tal-Pulizija, dwar ir-raġel li kien qed jitlob lin-nies isellfuh il-flus f’isem persuna oħra, u jwegħidhom li se jkunu qed jitħallsu lura.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.