Arrestat ir-raġel involut f’serqa relatata mad-droga

Ritratt-ta-Stqarrija-Stampa-PR-480-20-Nr.-1
Arkivji, Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa, Korp tal-Pulizija (CMRU)

Il-Pulizija arrestat raġel mill-Georgia li allegatament seraq minn ħanut tal-ikel f’Buġibba. Il-każ seħħ nhar l-Erbgħa 7 ta’ Ottubru. Waqt l-arrest, il-Pulizija sabet sustanza suspettata droga kokaina fil-pussess tiegħu.

Il-Pulizija ġew magħrfa bis-serqa fil-5am hekk kif ġie nnutat raġel li sgassa l-bieb tal-istabbiliment li jinsab fi Triq Dawret il-Gżejjer. Kif waslu fuq il-post, il-Pulizija sabu cash register fl-art, iżda l-persuna kienet laħqet ħarbet bil-flus kontanti li kien hemm ġo fiha.

Minn aktar investigazzjonijiet li saru, anke permezz ta’ filmati tal-kameras tas-sigurtà tal-istess stabbiliment, il-Pulizija identifikat l-allegat ħalliel u kien arrestat.

Ir-raġel qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra għadhom għaddejjin