Arrestat ir-raġel imfittex mill-Pulizija

Ir-raġel li kien qed jiġi imfittex mill-Pulizija fil-jiem li għaddew issa instab mill-Pulizija u ġie arresta.

Nhar il-Ħamis li għadda, il-Pulizija appellat għall-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstab David Liniker Micallef ta’ 31 sena. Illum, fi stqarrija separata l-Pulizija spjegat li r-raġel ġie arrestat aktar kmieni llum u qed jinżamm fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin.

Il-Pulizija rringrazzja lill-pubbliku in ġenerali għal kull għajnuna li setgħet ingħatat.

Għin lill-Pulizija ssib lil dan ir-raġel