Arrestat immigrant li allegatament kien qed iġorr id-droga

Il-Pulizija arrestat immigrant li allegatament kien qiegħed iġorr il-kannabis.
Il-każ seħħ f’Albert Town qrib iċ-Ċentru Miftuħ għall-ħabta tal-4 ta’ wara nofsinhar wara li l-immigrant qabeż fil-baħar biex jevita l-arrest.
Huwa waddab il-borza fejn kien hemm id-droga qabel ma qabeż fil-baħar iżda din inġabret mill-Pulizija. 

Ritratt: Media Police