​ Arrestat il-Prim Imħallef tal-Maldivi

Il-Pulizija fil-Maldivi arrestat il-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema hekk kif il-kriżi politika f’dan il-pajjiż fl-Oċean Indjan sejra għall-agħar.
Skont il-midja internazzjonali, il-Prim Imħallef Abdulla Saeed u Imħallef ieħor ġew arrestati ftit sigħat wara li l-Gvern tal-Maldivi ddikjara stat ta’ emerġenza. Għadu mhux magħruf għalfejn ġew arrestati.
Il-problemi bdew wara li l-President Abdulla Yameen irrifjuta li jobdi ordni mill-Qorti biex jeħles dissidenti politiċi. Il-Qorti qalet ukoll li l-kawża li saret fl-2015 kontra l-eks President Mohamed Nasheed, li bħalissa qed jgħix fl-eżilju, kienet tmur kontra l-kostituzzjoni.
L-armata qed tingħata struzzjonijiet biex din ma tippruvax taħtaf il-poter minn idejn il-President Yameen.
L-istat ta’ emerġenza li ġie ddikjarat jagħti poteri ġodda lill-forzi tas-sigurtà, fosthom li jistgħu jwaqqfu protesti.