Arrestat ​il-President tal-Federazzjoni tal-Futbol Spanjol

Il-President tal-Federazzjoni tal-Futbol Spanjol Angel Maira Villar u ibnu ġew arrestati b’allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni.
Siti internazzjonali qed jirrapportaw li Villar qed ikun akkużat li żamm xi fondi għalih.
L-ekx plejer Spanjol ilu President tal-Assoċjazzjoni mill-1988. Taħt it-tmexxija tiegħu t-tim Spanjol tal-irġiel rebaħ żewġ European championships, kif ukoll l-2010 World Cup.