Arrestat il-Mexxej Spiritwali tal-Fratellanza Musulmana

Ġie arrestat fil-Kajr, il-Mexxej Spiritwali tal-Fratellanza Musulmana. Uffiċjali Eġizzjani sostnew li Mohammed Badie jinsab arrestat f’appartament f’Nasr.

Fil-preżent, l-Eġittu jinsab fi stat ta’ emerġenza hekk kif il-ġlied qiegħed jippersisti madwar il-pajjiż, b’mod speċjali bejn l-attivisti iżlamiċi.

Mijiet ta’ persuni tilfu ħajjithom f’dan il-ġlied.

Huwa maħsub li nqatlu aktar minn 900 persuna fosthom 100 uffiċjal tal-Pulizija u suldati fil-ġlied meta l-armata waqfet il-protesti u neħħiet il-kampijiet tad-dimostranti iżlamiċi li kienu qed jipprotestaw favur l-eks President Mohammed Morsi.