Arrestat il-kuġin ta’ Gaddafi

Il-kuġin tal-eks dittatur Libjan, Muammar Gaddafi, ġie arrestat fl-appartament tiegħu, f’Kajr l-Eġittu.

Ahmed Gaddaf al-Dam kien mfittex mill-Interpol u l-awtoritajiet Libjani għas-sehem li hu kellu fit-tmexxija tal-Libja.

Hu kien konsulent ewlieni tad-dittatur Libjan u kellu ħafna poteri f’idejh.

Il-Prim Ministru Libjan laqa’ b’sodisfazzjon dan l-arrest u talab biex Ahmed Gaddafi jgħaddi mill-aktar fis possibli f’idejn l-awtoritajiet Libjani.