Aġġornata: Jitressaq il-Qorti l-kofundatur ta’ Wikileaks Julian Assange

REUTERS/Peter Nicholls

Il-Pulizija Ingliża kaxkret lil Julian Assange ‘il barra mill-Ambaxxata tal-Ekwador wara li tteħidlu l-ażil li kellu matul dawn l-aħħar seba’ snin. Dan wassal sabiex hu jiġi estradit lejn l-Istati Uniti minħabba waħda mill-akbar leaks ta’ informazzjoni klassifikata.

Il-kofundatur ta’ WikiLeaks, li deher kemmxejn fiżikament dgħajjef, xagħru bjadlu u b’daqna twila, inħareġ mill-ambaxxata f’Londra dalgħodu, minn minn tal-inqas seba’ rġiel. Hu ttieħed lejn vann tal-Pulizija.

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May ferħet għal din l-aħbar fil-Parlament.

Waqt li deher quddiem il-Qorti f’Londra, Assange qal li ma kienx ħati li falla milli jagħtu ruħu lill-Pulizija fl-2012. L-Imħallef Michael Snow, li ddeskriva lil Assange bħala narċisist ma tahx l-opportunità li jitlob għall-ħelsien mill-arrest. Is-sentenza fil-konfront tiegħu se tinqata’ darboħra.

Intant, l-avukat ta’ Assange qal li jekk ikollu jiġi estradit lejn l-Istati Uniti, ħajtu se tkun f’periklu.

Il-Pulizija qalet li arrestat lil Assange, li għandu 47 sena, wara li stednitu l-ambaxxata meta l-Gvern tal-Ekwador ħadlu l-ażil. Ftit tas-sigħat wara, prosekuturi Amerikani qalu li kienu akkużaw lil Assange b’kospirazzjoni meta pprova jaċċessa kompjuter klassifikat tal-Gvern tal-Istati Uniti, mal-eks-intelliġenza tal-Armata tal-Istati Uniti Chelsea Manning fl-2010.