Arrestat il-kaptan tal-bastiment li nkalja f’Mauritius

Il-kaptan tal-bastiment MV Wakashio li nkalja f’Mauritius ġie arrestat. L-inċident wassal sabiex mijiet ta’ tunnellati ta’ żejt fil-baħar.

Sunil Kumar Nandeshwar, Indjan ta’ 58 sena, kien akkużat li ħoloq periklu fuq il-baħar. Hu għadu ma kkummentax.

Fil-25 ta’ Lulju, dan il-bastiment inkalja ma’ sikek tal-qroll fl-Oċean Indjan. Dan kien qed iġorr 4,000 tunnellata ta’ żejt li kkawża emerġenza ambjentali u ekoloġika. Filwaqt li l-maġġoranza taż-żejt issa tneħħa mill-baħar, l-awtoritajiet qalu li nhar is-Sibt, il-kundizzjonijiet tal-bastiment iggravaw.