Arrestat il-ħalliel tal-lottu f’Ħal Qormi

Read in English.

Il-ħalliel fil-każ tas-serqa minn ħanut tal-lottu f’Ħal Qormi nqbaad mill-Pulizija u jinsab arrestat fil-lock-up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana.

Ir-raġel għandu 40 sena u huwa residenti Ħal Qormi.

Is-serqa seħħet l-erbgħa li għaddiet għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq San Edwardu.
Serqa minn banka tal-lottu f’Ħal Qormi; Il-Pulizija tfittex lill-ħalliel

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li dan l-arrest seħħ f’ħidma konġunta bejn l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u s-Sigurtà flimkien mad-Distrett ta’ Ħal Qormi.