Arrestat il-bniedem li kien wara l-attakk fir-Russja

Ġie arrestat Abror Azimov, il-bniedem li kien wara l-attakk f’żewġ splużjonijiet fi stazzjonijiet tal-ferroviji f’San Pitruburgu, fir-Russja.
Abror, li twieled fl-1990, fl-Ażja Ċentrali, huwa d-disa’ persuna li ġiet arrestata b’rabta mal-attakk.
Minn tal-inqas f’dan l-attakk 14-il persuna mietu u 50 indarbu.
L-aggressur, Akbarzhon Jalilov kien inqatel waqt l-attakk.
Tlett ijiem wara l-attakk il-Pulizija sabet bomba oħra f’San Pitruburgu.