Arrestat id-deputat tal-‘Ministru għall-Gwerra’ tal-ISIS fl-Ukrajna

Is-servizzi tas-sigurtà tal-Ukrajna qalu li arrestaw id-deputat ta’ Abu Omar al-Shishani, ir-raġel li l-Pentagon iddeskriva bħala l-‘Ministru għall-Gwerra’ tal-ISIS, wara li daħal fl-Ukrajna b’passaport falz is-sena l-oħra.

Skont ir-Reuters, is-servizz sigriet SBU qal li arresta lil Al Bara Shishani, ċittadin mill-Ġorġja, f’ħidma konġunta mal-Ministeru għall-Intern Ġorġjan u s-Central Intelligence Agency (CIA) tal-Istati Uniti.

Fi stqarrija, l-SBU qalet li l-eżaminazzjoni ta’ ritratt ta’ Al Bara Shishani li jinsab għand l-aġenzija wera li l-arrestat huwa infatti mexxej imfittex tal-ISIS.

Is-servizz sigriet statali Ġorġjan ikkonferma li Al Bara Shishani kien qed jinżamm fl-Ukrajna.