Arrestat għax ried jattakka “knisja jew tnejn”

Fi Franza, il-Pulizija arrestat raġel fuq suspett li ried jattakka “knisja jew tnejn” f’subborg ta’ Pariġi.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena, oriġinarjament mill-Alġerija, ġie arrestat il-Ħadd wara li spara lilu nnifsu bi żball.
Il-Pulizija qed jissuspettaw fih ukoll wara qtil ta’ mara.
Kien diġà magħruf mal-Pulizija minħabba li kien qrib ta’ Iżlamisti radikali.
Franza żiedet b’mod sostanzjali l-ħidma tagħha kontra persuni suspettati ta’ atti terroristiċi wara l-attakki fuq l-uffiċċji ta’ Charlie Hebdo u f’supermarket Lhudi f’Jannar li għadda.