Arrestat għax kien qed jisraq u sabulu l-kannabis

Il-Pulizija arrestat raġel li kien qed jipprova jisraq karozza fi Triq il-Wied, l-Imsida.
Waqt l-arrest, li sar it-Tnejn fis-2am f’parkeġġ fi Triq il-Wied, il-Pulizija sabet li r-raġel ta’ 22 sena mis-Somalia kellu fuqu ammont mhux speċifikat ta’ reżina tal-kannabis.
Sid il-karozza rrapporta dan l-attentat ta’ serq lill-Pulizija u kien hu li waqqfu milli jmiss il-karozza tiegħu. Ir-raġel ħarab iżda ġie arreastat mill-Pulizija ftit il’ bogħod mill-parkeġġ.
Fost l-akkużi miġjuba kontrih quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, il-prosekuzzjoni qalet li dan kien attentat ta’ serq, ħsara fuq propjetà privata, kellu fil-pussess tiegħu reżina tal-kannabis, kien fis-sakra u ma kienx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nnifsu fil-pubbliku.