Arrestat għax kien fis-sakra fl-Imsida

Raġel ġie arrestat aktar kmieni llum għaliex kien fi stat ta’ sakra fl-Imsida.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-Pulizija tad-Distrett arrestaw ir-raġel għaliex kien fis-sakra f’post pubbliku. Qal li issa se jkunu qed joħorġu akkużi fil-konfront tiegħu.

Qal li s-sitwazzjoni hija kkontrollata filwaqt li r-raġel ġie mitkellem mill-Pulizija.