Arrestat fuq il-bejgħ ta’ 12 il-ħelikopter lill-Indja

Fl-Italja, ġie arrestat il-kap eżekuttiv tal-kumpanija responsabbli mid-difiża, fuq akkużi ta’ korruzzjoni.

Giuseppe Orsi ilu jiġi investigat għal numru ta’ xhur dwar akkużi li għamel qliegħ illegali mill-bejgħ ta’ 12-il ħelikopter lill-Indja.

Il-Gvern Taljan għandu 30% sehem fil-kumpanija Finmeccanica.