Arrestat f’Malta b’rabta ma’ omiċidju fir-Renju Unit

Read in English.

Raġel mir-Renju Unit ġiet arrestata wara li kienet Malta taħt identità falza kif ukoll kien involut f’omiċidju. Huwa se titressaq il-Qorti sabiex jibda l-proċess biex jiġi estradit lejn ir-Renju Unit.

Dan l-arrest seħħ wara diversi jiem ta’ osservazzjonijiet mill-pulizija u kien hemm koperazzjoni bejn il-pulizija Maltija u dik tar-Renju Unit. Il-Ħamis membri mis-sezzjoni tal-Inteliġenza Kriminali, kienu involuti f’dan il-każ sabiex din il-persuna tiġi arrestata fuq bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew.

Il-persuna arrestata kienet hawn Malta taħt identità falza. L-istess persuna ġiet rikjesta mill-awtoritajiet Ingliżi, b’rabta mal-qtil ta’ Brian Waters f’Tabley madwar 16-il sena ilu.

Wieħed mill-aktar persuni mfittxija fl-Ewropa għandu rabta ma’ Malta

Mill-bidu tas-sena ġew esegwiti 8 Mandati ta’ Arrest Ewropew ġewwa Malta. Il-Pulizija qalet li dan huwa xhieda ta’ aktar ħidma intensiva mill-Pulizija Maltija sabiex jiġu mkissra ċrieki kriminali lokali u internazzjonali.

Dawn l-operazzjonijiet huma intiżi sabiex persuni maħruba u mfittxija internazzjonalment jiġu mgħoddija f’idejn l-ġustizzja u sabiex tkompli dejjem tikber u tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet kriminali.