Arrestat f’Malta barrani maħrub

L-Iskwadra tal-Criminal Intelligence Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija arrestat Bulgaru ta’ 30 sena f’Malta.

Ir-raġel kien arrestat fuq bażi ta’ Mandat t’Arrest Ewropew maħruġ f’ismu. Huwa kien qed jiġi mfittex f’pajjiżu fuq diversi reati, fosthom fuq ħsara u distruzzjoni, ġrieħi lil terzi, offiżi kontra l-ordni u l-paċi pubblika, fost oħrajn.

Il-Criminal Intelligence Unit jagħmel parti mill-grupp ENFAST, li huwa responsabbli li jintraċċa u jarresta persuna maħruba. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.