Arrestat fl-ajruport minħabba serq

Customs

Raġel ġie arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minħabba akkużi dwar diversi każijiet ta’ serq.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-arrest sar wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet mid-Distrett tal-Belt. Ir-raġel għandu 47 sena u mwieled mir-Rumanija.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.