Arrestat fil-Mellieħa wara li saq għal fuq pulizija

Luke Zerafa

Raġel ġie arrestat fil-Mellieħa wara li saq għal fuq pulizija li kienu qed isegwuh.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fil-5.35pm. Il-Pulizija waqqfu karozza fi Triq is-Salini għax skonthom kienet suspettuża. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel barrani ta’ 39 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post u baqa’ għaddej minn fuq il-pulizija. Minkejja dan il-pulizija ma ndarbux. Il-pulizija tad-Distrett u dawk tal-RIU segwew lir-raġel sakemm dan twaqqaf u ġie arrestat fi Triq l-Għoljiet fil-Mellieħa.