Arrestat fil-Marokk ir-raġel suspettat li wettaq l-omiċidju f’Santa Luċija

delitt Santa Luċija

Read in English.

Ir-raġel suspettat bl-omiċidju ta’ Victor McKeon ta’ 62 sena ġie arrestat fil-Marokk.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett saru jafu li s-suspettat bl-omiċidju kien ħarab lejn il-Marokk. Is-suspettat huwa raġel Libjan ta’ 37 sena li kien jgħix mal-vittma fl-istess appartament.

Ir-raġel ġie arrestat fl-ajruport ta’ Casablanca fl-aħħar sigħat u qed jinżamm mill-awtoritajiet Marokkini. Bdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni sabiex il-Libjan jinġieb lejn Malta fil-ġimgħat li ġejjin.

Intant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Nhar is-17 ta’ Marzu, il-Pulizija għamlet sejba makabra tar-raġel ta’ 62 sena mgeżwer f’boroż tal-iskart fil-banju tal-appartament fejn kien jgħix.