Arrestat f’Għawdex wara mandat ta’ arrest Ewropew

Raġel ġie arrestat f’Għawdex wara li nstab li kien hemm mandat ta’ arrest Ewropew fuqu.

Fi stqarrija mill-Pulizija ġie spjegat li wara ġranet ta’ investigazzjoni mill-Criminal Intelligence Unit, fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, u bl-assistenza tal-Pulizija tad-Distrett ġie intraċċat u arrestat raġel Ingliż ta’ 55 sena.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.